Lokali

Neil Agius jasal f’nofs l-isfida tal-għawm tiegħu

Wara aktar minn 24 siegħa ta’ għawm, l-atleta Neil Agius laħaq nofs l-isfida tiegħu –- dik bl-għan li jkopri total ta’ 160 kilometru madwar l-arċipelagu Malti.

Agius beda l-għawma tiegħu s-Sibt mill-bajja tal-Mellieħa, u bħalissa wasal mal-kosta tal-gżira Għawdxija. Dan wara li qatta’ lejl sħiħ tiela’ bl-għawma tiegħu minn naħa tal-Punent ta’ Malta.

Agius qed juża din l-isfida biex iqajjem kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-ambjent marittimu, b’diversi attivitajiet ta’ tindif li diġa’ ġew organizzati. Imma fuq kollox, hija sfida li tikkonferma d-determinazzjoni ta’ dan l-atleta.