Fil-kompetizzjoni Annwali tat-Tazza Indipendenza, attività li tifforma parti mill-attivitajiet taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-Indipendenza, bosta tiraturi pparteċipaw bl-ewwel avveniment iseħħ fix-Shooting Range Nazzjonali, fis-Siggiewi.
Din l-attività kienet organizzata mill-fergħa Team Sport Partit Nazzjonalista b’kollaborazzjoni mal-federazzjoni tal-isparar.
Għal din l-attività kien hemm preżenti l-Membri Parlamentari David Agius, Eve Borg Bonello u Charles Azzopardi.
James Galea Jr temm l-ewwel f’kategorija A hekk kif f’żewġ rawnds huwa akkumula 48 punt, segwit minn Brian Galea li akkumua 48 punt ukol, filwaqt li Emmanuel Bugeja temm it-tielet b’47 punt.
F’ Kateorgija B spiċċa l-ewwel Nicholas Buġeja b’47, segwit minn Hubert Baldacchino li akkumula 44 punt f’żewġ rawnds u John Marmara li wkoll kiseb 44 punt.
Finalment, f’Kateorgija C temm fl-ewwel post Aidan Jo Desira b’41 punt, segwit minn Abiel Cassar b’40 punt u Shazen Grech b’39.
Intant, fid-Down the Line Trap li seħħet ftit wara fix-Shooting Range tal-Bidnija, Christian Mercieca temm fl-ewwel post mill-kategoriji kollha b’ 97 hits u 286 punt.
Mercieca rnexxielu jakkumula dawn il-punti hekk kif temm ukoll fl-ewwel post tal-kategorija A, segwit minn Sean Garnisi li kellu 96 hit u 285 punt.
Andre Agius rebaħ il-Bronż b’96 hit u 282 punt.
F’Kategorija B, Kristian Cardona temm fl-ewwel post b’95 hit u 283 punt, b’dan ir-riżultat jitfgħu fit-tielet post tal-klassifika globali.
Albert Scicluna u Joseph Azzopardi rebħu l-fidda u l-bronż rispettivament, b’Scicluna jolqot 93 darba u jikseb 272 punt, u Azzzopardi jolqot 90 darba u jikseb 263 punti.
F’ Kategorija C, Kristian Cardona Roderick Haber temm fl-ewwel post b’95 hit u 280 punt, Sivan Borg fit-tieni post b’ 94 hit u 271 punt, u Noel Bezzina fit-tielet post b’ 88 hit u 253 punt.
Ritratt: Matthew Tabone
//= $special ?>