Ramires Sciberras huwa r-rebbieħ tal-Malta Junior Eurovision Song Contest biex b’hekk se jkun qed jirrapreżenta lil pajjiżna fil-finali tal-Junior Eurovision Song Contest f’Caja Mágica, Madrid, Spanja.
Ramires rebaħ il-qlub tal-poplu Malti u Għawdxi bil-kanzunetta Stilla Ċkejkna, bl-istorja wara din il-kanzunetta hi dwar l-adozzjoni tiegħu.
Fit-tieni post ġew Grrlz bil-kanzunetta li ġġib l-istess isem, u fit-tilet post ġiet Emma Farrugia bil-kanzunetta Summertime. B’kollox ipparteċipaw 14-il finalist fejn ir-rebbieħ ġie magħżul permezz ta’ żewġ modi – erba’ membri tal-ġurija u permezz tat-televoting.
Il-finali se tkun qed issir fis-16 ta’ Novembru fejn Malta se tkun qed tikkompeti ma’ 16-il pajjiż.
Malta kienet rebħet dan il-konkors fl-2013 bir-rappreżentanza ta’ Gaia Cauchi u sentejn wara meta rrapreżentatna Destiny Chukunyere.
//= $special ?>