MELITA …………………… 0
BIRKIRKARA ……………. 3
Melita : Gosef Mizzi, Aldair Simanca (Paul Galea-67), Jean Pierre Attard, Karl Mohnani (Nick Cutajar-56), Andre Carlos Da Costa, Matthew Debattista (Antoine Attard-84), Marc Bovenkamp, David Xuereb (Gareth Barone-56), Andres Morlets (Jose Barragan-56), Kurt Bondin, Henrique Motta
Birkirkara : Giacomo Volpe, Ignacio Morello (Maicon De Souza-85), Austin Sandona, Pablo Gaitan, Shaun Dimech (Andrea Zammit-78), Alexander Satariano, Lautaro Lacunza, Neil Micallef (Nathan Cross-85), Alessandro Coppola, Maxuell Maia, Juan Siafa (Gislain Yikpe-63)
Referee: Ezekiel Barbara
Player tal-Logħba: Ignacio Morello (Birkirkara)
Grazzi għal żewġ penalties skorjati minn Maxuell Maia, Birkirkara għelbu lil Melita 3-0 biex issa telgħu weħidhom fil-quċċata tal-kampjonat Premier.
Kienet prestazzjoni tajba mill-Istripes, anki jekk l-iskor hu xi ftit kattiv mat-tim immexxi minn Clive Mizzi, li kellu prestazzjoni oħra tajba minkejja li għal darb’oħra spiċċa fuq in-naħa telliefa.
L-Istripes marru fil-vantaġġ fl-għoxrin minuta. Marc Bovenkamp deher jiffawlja lil Lacunza fil-kaxxa opposta bir-referee jordna penalty. Inkariga ruħu Maia u ma żbaljax.
Birkirkara kabbru l-vantaġġ fil-ħamsa u ħamsin minuta. Wara azzjoni tajba, Satariano għadda tajjeb lejn Morello li minn quddiem il-lasti ma żbaljax.
Birkirkara għalqu l-logħba fit-tnejn u tmenin minuta. Maia kien imwaqqa’ minn Gowzef Mizzi. Ir-referee jordna t-tieni penalty u għat-tieni darba l-istess Maia ma żbaljax.
Pablo Leonel Gaitan ta’ Birkirkara jaffronta lil Jesus Morletz ta’ Melita (Ritratt: Catriel Farrugia)
Il-goalkeeper ta’ Birkirkara Giacomo Volpe jogħla għall-ballun (Ritratt: Catriel Farrugia)
//= $special ?>