Lokali

Ikkanċellati t-titjiriet bejn Malta u Milan kaġun ta’ strajk

It-titjiriet tal-lum bejn Malta u Milan ġew ikkanċellati wara strajk minn xi ħaddiema fl-ajruport ta’ Milan.

Fi stqarrija, KM Malta Airlines ma kelliex għażla oħra għajr li tikkanċella t-titjiriet KM624 u KM625.

Jekk wieħed jixtieq li jieħu l-flus lura jista’ jagħmel kuntatt mal-linja nazzjonali tal-ajru jew jimla formola minn fuq is-sit tal-linja tal-ajru stess. Wieħed jista’ jbiddel it-titjira tiegħu mingħajr ħlas addizzjonali.