Internazzjonali

Il-Ġermanja: Il-Kanċillier Scholz jevalwa s-sitwazzjoni wara li evita umiljazzjoni fi Brandenburg

Il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz qed jimpenja ruħu biex jindirizza b’aktar intensità l-issues li qed jinkwetaw l-aktar lill-poplu u li fuq kollox jikkonċernaw l-ekonomija u l-immigrazzjoni.

Dan wara li l-Partit Soċjal-Demokratiku (SPD) ta’ Scholz, fi tmiem il-ġimgħa, irnexxielu jirbaħ bi żbrixx l-elezzjoni Statali fil-fortizza ta’ Brandenburg…Sitwazzjoni li fiha l-SPD kien qed jiffaċċa sfida kbira min-naħa tal-Alternativ fur Deutsch (AfD) – il-partit estremista tal-lemin li ilu x-xhur iżid fl-appoġġ popolari madwar il-pajjiż.

Għaldaqstant, Scholz salva minn umiljazzjoni storika wara li l-SPD irexxielu biss jirbaħ f’din il-fortizza b’1.5 punti preċentwali.Fil-fatt, l-SPD ilu jiggverna fIstat ta’ Brandenburg miż-żmenijiet tar-reunifikazzjoni tal-Ġermanja, fil-bitu tad-disgħinijiet.

Din l-elezzjoni – ftit ‘il hinn minn Berlin – kienet ferm segwita wara li l-AfD kien sar l-ewwel partit estremista tal-lemin li rebaħ elezzjoni fi Stat Ġermaniż mit-Tieni Gwerra Dinjija…Suċċess notevoli fl-Istat ta’ Thuringia, lejn il-lvant tal-Ġermanja u li kien ikkonfermat proprju fil-bidu ta’ dan ix-xahar.