Internazzjonali

ll-Ġappun: Straġi mill-maltemp u l-valangi, fost il-vittmi u l-mitlufa

L-awtoritajiet Ġappuniżi qed ifittxu għal diversi neqsin wara inżul tax-xita rekord u sensiela ta’ valangi fi bnadi tal-provinċja ta’ Ishikawa.

Fost l-agħar bliet milquta hemm Wajima and Suzu, li għadhom qed jirkupraw mit-terremot devastanti tal-Ewwel ta’ Jannar li kien ħalla straġi u mwiet f’dawk iz-zoni.

Sadanittant, il-ħalbiet tax-xita kbar f’dawk l-inħawi tal-Ġappun ilhom min-nhar is-Sibt u mistenni li jkomplu għaddejjin, bl-istess intensità, sa nofs din il-ġimgħa.

Fl-istess ħin, is-sitwazzjoni gravat wara li l-ilma ta’ għaxieren tax-xmajjar faqgħet l-art,  bil-konsegwenza li l-aċċess minn diversi toroq sar impossibbli u b’aktar minn 100 komunità madwar Ishikawa jispiċċaw iżolati mill-kumplament tal-pajjiż.