MeDirect Malta kompla jappoġġja l-Kampjonati Nazzjonali tal-Hill Climb u Sprint tal-Island Car Club matul l-istaġun kurrenti. Dan il-ftehim kompla jsaħħaħ il-kollaborazzjoni li ilha għaddejja bejn MeDirect u l-klabb, li jaħdem bla heda biex jikber u jsostni wieħed mill-aktar sport popolari f’Malta.
Jeremy Cassar, is-Segratarju tal-Island Car Club, qal: “It-tiġrijiet tal-hill climb bdew f’Malta aktar minn 60 sena ilu. Fil-preżent l-Island Car Club qed ikompli jiżviluppa dan l-isport u ħoloq kalendarju eċċitanti u kompetittiv. Xejn minn dan mhu faċli u aħna grati lejn sponsors bħal MeDirect li jgħinuna niżguraw li l-avvenimenti tagħna jkunu professjonali ħafna u sikuri, kif ukoll divertenti kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-ispettaturi.”
L-Island Car Club twaqqaf fis-snin ħamsin bħala klabb tal-vetturi tal-Forzi Britanniċi f’Malta u beda jorganizza hill climbs regolari fl-1961. Matul l-istorja tiegħu, il-klabb dejjem żamm reputazzjoni serja meta jorganizza l-avvenimenti. Dan ifisser li l-klabb juża l-aktar apparat avvanzat u japplika regolamenti stretti biex jiżgura s-sigurtà għal dawk kollha involuti.
Roderick Bugeja, Senior Wealth Manager ta’ MeDirect Malta, qal: “MeDirect għen lill-Island Car Club għal diversi snin għax nemmnu li għandna l-istess valuri, dawk ta’ innovazzjoni u professjonalità. Din is-sħubija għandha l-għan li nipprovdu lil dawk kollha li jħobbu dan l-isport b’aktar esperjenzi mill-aqwa.”
Aktar informazzjoni dwar l-Island Car Club hija tista ssibha fuq https://islandcarclub.com/
//= $special ?>