Lokali

Minkejja l-maltemp Neil Agius għadu għaddej b’determinazzjoni bl-isfida tal-għawm tiegħu

Ritratt: Andrew Mercieca

Hekk kif il-Gżejjer Maltin intlaqtu mill-maltemp, Neil Agius b’determinazzjoni kbira għadu għaddej bl-isfida tal-għawm tiegħu bil-għan li jisker ir-rekord dinji.

Issa l-isfida daħlet fit-tielet jum tagħha b’Agius ilu jgħum għal aktar minn 52 siegħa, dan filwaqt li laħaq id-distanza ta’ 126km.

Fuq il-midja soċjali t-tim ta’ Neil Agius qalu li bħalissa l-għawma hija diffikultuża kaġun tar-riħ u l-maltemp iżda Agius b’determinazzjoni għadu qed jgħum b’din l-isfida issa riesqa lejn tmiemha.

Intant, it-tim tiegħu qalu li bid-distanza li għamel s’issa, huwa kiser ir-rekord tiegħu stess però għadu ma kisirx ir-rekord dinji.