Fil-każ ta’ Nicolette Ghirxi, il-Prim Ministru qed jerġa’ jwebbes rasu ma’ familja li għaddejja minn mument diffiċli, bħalma għamel ma’ Isabelle Bonnici wara l-mewt ta’ binha Jean Paul Sofia.
Robert Abela ma tgħallem xejn mill-iżbalji li għamel, u issa qed jirrifjuta li jiltaqa’ mal-familja ta’ Nicolette Ghirxi. Lin-nies, Abela jarahom biss numri.
Waqt li qed jerġa’ juri kemm hu għalkollox insensittiv għat-tbatijiet li jgħaddu minnhom il-familja ta’ vittma li tkun tilfet ħajjitha b’mod traġiku, Abela ma jridx lanqas jaħtar inkjesta pubblika u indipendenti f’dan il-każ, kif inhi x-xewqa tal-familja.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa’ mal-familja ta’ Nicholette Ghirxi, u spjegalhom kif il-Partit Nazzjonalista jifhem dak li għaddejjin minnu f’dan il-mument diffiċli wara l-qtil tal-għażiża tagħhom.
Il-PN jappoġġja t-talba tagħhom għal inkjesta pubblika u indipendenti biex tkun magħrufa l-verità kollha f’dan il-każ, u se joffri l-appoġġ kollu tiegħu lill-familja.
Il-familja ta’ Nicolette Ghirxi għandha dritt tkun taf x’kienu r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi li wasslu biex l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna naqsu mill-obbligu pożittiv tagħhom li jipproteġu l-ħajja ta’ Nicolette Ghirxi.
Għall-kuntrarju, Abela qed juri insensittività u dgħufija fil-mod kif jittratta ma’ ħaddieħor bħalma għamel fil-każ ta’ Jean Paul Sofia fejn kien qal lil ommu, Isabelle, li qed tiġi użata fuq il-mewt ta’ binha. Anke dakinhar ma riedx jaċċetta t-talba tal-familja biex issir inkjesta pubblika sakemm ġie dahru mal-ħajt u ma kellux triq oħra ħlief li jagħmel u-turn.
Issa, anke f’dan il-każ, Abela ma jridx jagħti każ tal-karba tal-familja Ghirxi.
//= $special ?>