Il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jaħrab minn intervista one-on-one ma’ Net News.
Minn meta laħaq Prim Ministru erba’ snin u nofs ilu, Abela qatt ma kien disponibbli għal intervista mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net Television; għad-differenza ta’ kif mexa ma’ kmamar tal-aħbarijiet oħrajn.
U puntwalment, wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali – il-Prim Ministru għamel sensiela ta’ intervisti ma’ diversi newsrooms oħrajn. Madanakollu, sal-lum għadu qed jibża’ jpoġġi ma’ ġurnalist ta’ Net News u jwieġeb għad-domandi li jsirulu mingħajr ma jkun jista’ jaħrab.
Matul il-jiem li għaddew Net News staqsa lill-Prim Minsitru nnifsu jekk hux se jkun qed jaċċetta stedina għal intervista li inbagħtet f’Awwissu. B’Abela jisħaq li qed iwieġeb għad-domandi – għalkemm b’mod ċar minflok aċċetta l-intervista, hu baqa’ jaħrab.
Fix-xhur li għaddew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħansitra kien hu li stieden lill-ġurnalist ta’ One News biex jagħmillu sensiela ta’ domandi. Dan apparti li Bernard Grech baqa’ miftuħ għal dibattitu dirett ma’ Robert Abela.
Madanakollu Abela f’erba’ snin kemm ilu Prim Ministru kellu biss żewġ xandiriet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, essenzjalment b’mod mill-aktar sfurzat u kkontrollat mill-Awtorità tax-Xandir kif ukoll tista’ tgħid ta’ bilfors minħabba l-elezzjonijiet.
U f’erba’ snin u nofs qatt ma ssottometta lilu nnifsu għall-iskrutinju ta’ intervista one-on-one ma’ Net News.
Bil-Prim Ministru jibqa’ jaħrab mid-domandi fejn jidhirlu li m’għandux kontroll.
//= $special ?>