L-Eks President Amerikan Donald Trump mhux qed jistenna li jikkuntesta mill-ġdid għall-Presidenza tal-Istati Uniti jekk jitlef l-elezzjoni ta’ Novembru kontra l-Viċi President Amerikan Kamala Harris – il-kandidat tal-Partit Demokratiku.
Trump, li għandu 78 sena, ilu jirrappreżenta lill-Partit Repubblikan fi tliet elezzjonijiet nazzjonali konsekuttivi u fejn hu rnexxielu jibdel il-partit ta’ taħt fuq fl-aħħar tmien snin.
Intant, Trump kważi kkonferma li ‘din se tkun l-aħħar elezzjoni tiegħu f’każ li jitlef’, waqt intervista mas-Sinclair Media Group. Fl-istess ħin, hu xorta esprima ‘konvinzjoni’ li għandu jikseb suċċess elettorali fi ftit tal-ġimgħat oħra,
Il-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tipprojbixxi sitwazzjoni fejn President Amerikan iservi għal aktar minn żewġ mandati. B’hekk lanqas mhu mistenni li Trump jikkontesta għall-White House fl-2028 f’każ li jirnexxilu jirbaħ l-elezzjoni li jmiss f’pajjiżu.
//= $special ?>