Lokali

Bugħaddas fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà

Bugħaddas qed jissielet għal ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar, f’Għajnsielem għall-ħabta tat-3:30 pm.

Il-bugħaddas, Pollakk ta’ 51 sena, ngħata l-ewwel għajnuna minn xi persuni li kienu miegħu li ħaduh l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ingħata l-għajnuna medika. Hemmhekk hu ġie ċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li ħatret inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbiltà d-dinamika tal-inċident.