Lokali

Il-Partit Nazzjonalista kommess li jibqa’ jiddjaloga u joħroġ bi proposti

Il-Partit Nazzjonalista jrid jaqsam l-ideat u l-proposti tiegħu filwaqt li jibqa’ jisma’ – sabiex jagħraf aktar il-ħtiġijiet tal-poplu kollu.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’laqgħa mal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji. Laqgħa li fiha ġew ippreżentati l-proposti taċ-Chamber of SMEs għall-Budget li jmiss.

Laqgħa li fiha kien hemm ukoll ix-Shadow Ministers Jerome Caruana Cilia, Ivan Castillo, Graham Bencini u l-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar.

Flimkien, huma iddiskutew fit-tul il-proposti mressqa mill-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji kif ukoll proposti oħra tal-Partit Nazzjonalista.

Bernard Grech, minn naħa tiegħu, insista fuq l-importanza tad-djalogu ma’ kulħadd, sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ dejjem aktar jippreżenta viżjoni b’saħħitha għall-ġejjieni ta’ pajjiżna.

Huwa saħaq li n-negozji żgħar u medji huma s-sinsla tal-pajjiż, u għalhekk huwa importanti li l-Gvern jagħmel minn kollox sabiex jassigura li dawn in-negozji jkomplu jikbru u jimirħu.

Benrard Grech qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista jagħraf li n-negozji huma ferm bżonjużi għall-propsperità ta’ pajjiżna. Tant li l-Partit Nazzjonalista anke ħoloq Shadow Minister għan-negozji żgħar u medji.

Philip Fenech, il-Viċi President tal-Kamra tal-SMEs, sostna li l-laqgħa kienet waħda kordjali u fiha ġiet diskussa wkoll it-triq ‘il quddiem għall-pajjiżna, anke għaliex jagħraf li l-Partit Nazzjonalista huwa Gvern prospettiv li jrid jisma’ sabiex jattwa dak li jkun meħtie

Min naħa tiegħu, Beppe Muscat membru tal-istess Kamra s,ostna li huma bħala organizzazzjoni qed jaħdmu id f’id man-negozji sabiex jiżguraw li ħtiġijiet tagħhom jitpoġġew fuq nett tal-aġenda nazzjonali.