Sport

L-unur tal-IZIBET Elite Athlete Award għax-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2024

Mix-Xellug: Lorraine Cunningham (Segretarju Ġenerali tal-Malta Sports Journalists Association; Duncan MIccalef, James Morgan, Brand Manager tal-IZI Group plc; Stephen Azzopardi Administrator tal-Malta Sports Journalists Association; u Oliver Attard, Viċi Segretarju Ġenerali tal-Malta Motorsport Federation).

Duncan Micallef rebaħ ir-raba’ unur tal-IZIBET Elite Athlete Award li jkopri x-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2024 f’għażla organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Sports, bil-kollaborazzjoni ta’ National Lottery plc.

Fid- 9 ta’ Awwissu, is-sewwieq Malti tad-Drag Racing Duncan Micallef ġie kkonfermat bħala l-aktar sewwieq veloċi fl-Ewropa fit-tielet rawnd tal-FIA European Drag Racing Championship li sar f’Tierp, l-Iżvezja. Micallef kiser ir-rekord tiegħu, waqqaf rekord Ewropew ġdid ta’ 3.79 sekondi kif ukoll waqqaf rekord Ewropew b’veloċità ta’ 321.4 mili fis-siegħa. Duncan Micallef Micallef baqa’ jokkupa l-ewwel post tal-kampjonat sa qabel l-aħħar tellieqa, fejn spiċċa fit-tieni post b’erba’punti biss wara s-sewwieqa Żvizzera Jndia Erbacher.

Franco de Gabriele, Chief Commercial Officer ta’ IZI Group, kellu kliem ta’ tifħir dwar il-prestazzjoni straordinarja ta’ Duncan Micallef.

Clinton Buhagiar, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, ikkummenta li l-motorsport, partikolarment Duncan Micallef, ilu għal dawn l-aħħar snin itejjeb il-livell tiegħu u saħansitra jikser rekords barra mill-pajjiż.

Il-għan tal-IZIBET Elite Athlete Award huwa li jirrikonoxxi s-suċċessi miksuba mill-atleti lokali kull xahrejn.