Sport

Luxol jieħdu sehem f’kamp tal-futsal fi Sqallija

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, iċ-champions tal-futsal lokali, Luxol St Andrew’s, kienu fi Sqallija sabiex jieħdu sehem f’kamp ta’ taħriġ bi preparazzjoni għall-bidu tal-kampjonat u anke għall-impenji tagħhom fil-UEFA Futsal Champions League.

It-tim minn St Andrew’s, immexxi minn Gabriel Dobre, lagħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra ċ-champions tal-futsal Taljan META Catania.

Fl-ewwel logħba, Luxol tilfu 7-4 b’Veve, Maicon, Lucas u Jefferson jiskorjaw il-gowls tagħhom. Fit-tieni logħba bejn dawn iż-żewġ naħat, it-tim Sqalli rebaħ bl-iskor ta’ 5-1 bil-gowl uniku ta’ Luxol St Andrew’s jiġi skorjat minn Maicon.

Luxol jibdew l-impenji tagħhom fl-Enemed Futsal League kontra Ta’ Xbiex fil-5 ta’ Ottubru li ġej.