Futbol Sport

Rebħa kbira għal Chelsea, javvanzaw ukoll Man City u Aston Villa

Chelsea kisbu rebħa ta’ 5-0 fuq Barrow biex avvanzaw għar-raba’ round tal-Carabao Cup. L-eroj għall-Blues kien Christopher Nkunku li skorja hat-trick, bil-gowls l-oħra jaslu minn awtogowl ta’ Paul Farman u Pedro Neto.

Manchester City wkoll avvanzaw u kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Watford. Kien Jeremy Doku li fetaħ l-iskor wara ħames minuti. Matheus Nunes għamilhom 2-0 fit-38 minuta. Watford naqsu l-iskor fis-86 minuta permezz ta’ Tom Ince.

Aston Villa kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Wycombe. Għall-Villians skorjaw Emiliano Buendia u Jhon Duran. Richard Kone skorja l-gowl ta’ konsulazzjoni għal Wycombe.

CARABAO CUP
Illum
Chelsea v Barrow 5-0
Man City v Watford 2-1
Walsall v Leicester 0-0 (0-3pen)
Wycombe v A. Villa 1-2
Għada
Arsenal v Bolton 8.45pm
Liverpool v West Ham 9.00pm