“L-uniku mod biex ngħelbu l-populiżmu u l-estremiżmu mhux billi nuru superjorità morali jew ninjorawh, imma billi noffru soluzzjonijiet prattiċi għall-isfidi li qed jiffaċċjaw in-nies. Dan hu l-bilanċ li rridu nsibu waqt li nerġgħu lura għall-politika taċ-ċentru.”
Dan qalitu l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola waqt diskors ewlieni fi New York, hi u tindirizza s-Summit tal-Concordia, hekk kif bħalissa qed titlaqqa’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Roberta Metsola qalet li wasal iż-żmien li nindirizzaw l-isfidi ekonomiċi u soċjali, bi tkabbir ekonomiku li ma jħalli lil ħadd lura.
Fid-diskors tagħha, l-President Metsola tkellmet ukoll dwar l-importanza ta’ koperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.
Fiż-żjara tagħha fi New York, il-President Metsola kellha diversi laqgħat bilaterali ma’ mexxejja internazzjonali waqt li ndirizzat avvenimenti diversi.
//= $special ?>