Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Bormla.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-16:20, fi Triq Santa Tereża, meta għal xi raġuni seħħ inċident bejn mutur Xingyue misjuq minn raġel ta’ 56 sena, residenti Bormla, u Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 30 sena u residenti Ħaż-Żabbar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>