Il-Partit Nazzjonalista ħabbar żewġ inizjattivi ġodda sabiex jagħti spazju ikbar lill-artisti lokali. Id-Dar Ċentrali se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha beraħ għall-artisti hekk kif se tkun qed toffri spazju sabiex l-artisti interessati jużaw dan l-ispazju biex jesebixxu l-arti tagħhom.
Fil-fatt, fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed isir kalendarju artistiku biex b’hekk ikun offrut spazju lill-artisti li jixtiequ jesebixxi xogħolhom individwalment. Wieħed għandu jakkwista l-applikazzjoni u aktar informazzjoni mingħand l-uffiċċju tas-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-Partit Nazzjonalista.
Dan filwaqt li l-Partit se jkun qed jifforma orkestra ġdida sabiex il-mużiċisti lokali jkollhom spazju biex jittella’ spettaklu f’attivitajiet li jkollu l-Partit. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalsita għandu l-idea li minn żmien għal żmien jittellgħu kunċerti b’mużika varjata.
Il-mużiċisti kollha interessati għal dan ir-rwol volontarju għandhom ukoll javviċinaw l-uffiċċju tas-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-Partit Nazzjonalista għal iktar informazzjoni. L-applikazzjoni ta’ interess tiftaħ nhar l-Erbgha 9 ta’ Ottubru u tagħlaq fit-12 ta’ Ottubru 2024.
Dawn l-inizzjattivi tħabbru fil-ftuħ uffiċjali tal-wirja rottArti fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista – wirja kollettiva ta’ arti li qed issir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-Indipendenza.
//= $special ?>