Internazzjonali

X-ray isib li mara belgħet għexieren ta’ pakketti mimlijin kokaina biex tittraffikahom

Mara ta’ 30 sena minn Namibja ġiet arrestata f’wieħed mill-ajruporti fl-Afrika ta’ Isfel wara li kien hemm suspett ta’ traffikar tad-droga.

X-ray li sar bħala parti mill-investigazzjonijiet, sab li l-mara kienet belgħet għexieren ta’ pakketti żgħar mimlijin bil-kokaina tant li l-istonku kien mimli bihom.

Hi ġiet arrestata wara li l-Pulizija rċiviet rapport li din il-persuna qed tipprova ddaħħal id-droga permezz ta’ titjira li telqet mill-Brażil u wasslet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Tambo.