Il-Partit Nazzjonalista jawgura lit-tfal u liż-żgħażagħ kollha, fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat għas-sena skolastika ġdida. Għall-Partit Nazzjonalista, sena skolastika ġdida tfisser opportunitajiet ġodda għal kull tifel u tifla li għandhom dritt jitgħallmu f’ambjent li jsaħħaħ il-personalitajiet tagħhom biex jiffurmaw f’individwi li jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom u tal-oħrajn. Il-Partit Nazzjonalista jfakkar ukoll fid-dmirijiet li għandhom dejjem jingħataw importanza assoluta.
Fi stqarrija, Justin Schembri, ix-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-Snajja’, qal li l-Partit Nazzjonalista jirringrazzja mill-ġdid lill-Uffiċjali Edukattivi, lill-Kapijiet tad-Dipartimenti, lill-Kapijiet u Assistenti Kapijiet tal-iskejjel, lill-għalliema, lill-edukaturi, lill-professjonisti fid-diversi rwoli u lill-ħaddiema anċillari li sejrin joffru s-servizz tagħhom għall-ġid tat-tfal kollha fis-sistema edukattiva obbligatorja.
Jirringrazzja wkoll lill-ġenituri li ħejjew lit-tfal tagħhom bl-aħjar mod għal din is-sena ġdida.
//= $special ?>