Sport

Kim Taehyun f’parteċipazzjoni prestiġjuża fiċ-Ċina

Il-plejer ta’ MITTC Kim Taehyun se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fit-tournament WTT China Smash li se jsir fil-belt Ċiniża ta’ Beijing. Dan hu avveniment organizzat mill-World Table Tennis fejn jieħdu sehem l-aqwa plejers f’dan l-isport.

Taehyun kiseb din il-kwalifikazzjoni wara l-aħħar riżultati li kiseb fil-finali tad-doubles fejn flimkien mal-kollega tiegħu Vincent Picard, spiċċaw fit-tieni post tal-World Table Tennis Contender. Hu saħansitra ikkwalifika għall-polza ewlenija tad-doubles fejn qabeż plejers aktar rinomati li kisbu xi midalji fl-Olimpijadi ta’ Pariġi.

It-tournament se jibda l-Ħamis 26 ta’ Settembru u jibqa’ sejjer sas-6 ta’ Ottubru li ġej.