Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech laqa’ lill-Ambaxxtur tal-Pakistan fid-Dar Centrali tal-PN, fejn iddiskuta fost l-oħrajn kif jistgħu jitjiebu r-relazzjonijiet ta’ pajjiżna mal-Pakistan.
Fil-laqgħa mal-Ambaxxatur Javed Ahmed Urmani, issemma’ kif bħalissa Malta qed tospita 2,500 Pakistani, li jaħdmu, fost l-oħrajn bħala tobba u infermiera.
L-Ambaxxtur esprima r-ringrazzjament tiegħu għax-xogħol li qed isir minn Malta fl-Unjoni Ewropea, flimkien mas-sapport li ntwera fin-Nazzjonijiet Uniti.
Bernard Grech, minn naħa tiegħu, saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jappoġja lill-ambaxxatur f’dak kollu li jkun meħieġ. Il-Kap tal-PN kien akkumpanjat għal din il-laqgħa mix-Shadow Minister għall-Affaijiet Barranin u Ewropej Beppe Fenech Adami.
//= $special ?>