Futbol Sport

Lazio jiftħu l-impenji fl-Europa League bl-aħjar mod, Manchester United miżmuma minn Twente

(Ritratt: EPA)

Lazio bdew il-mixja fil-Europa League b’nota tajba hekk kif ħadu l-ewwel tliet punti bi prestazzjoni sodisfaċenti. Intant, Manchester United fallew milli jirbħu fl-ewwel partita hekk kif ġew miżmuma minn Twente mill-Olanda, bil-gowls jaslu minn Eriksen fil-35 minuta, u Twente jiskorjaw nofsiegħa wara permezz ta’ Lammers.

Min-naħa l-oħra, prestazzjoni iktar dominanti minn Lazio fir-rebħa tagħhom kontra Dynamo Kyiv bl-iskor ta’ 3-0. Il-Biancoceleste fetħu l-iskor wara biss 4 minuti logħob permezz ta’ Boulaye Dia, minn pass tajjeb ta’ Pedro bl-attakkant faċilment jixħet fix-xibka.

It-tieni u t-tielet gowl kellhom biss żewġ minuti differenza bejniethom, b’ Oluwasfisayo Dele Bashiru jiskorja t-tieni gowl fit-33 minuta minn pass vertikali perfett ta’ Vecino li jsib l-attakkant waħdu quddiem il-goalkeeper b’Bashiru ma jfallix, it-tieni gowl jasal fil-35 minuta meta Boulaye Dia jiskorja t-tieni gowl personali din id-darba b’daqqa ta’ ras, minn suġġeriment ta’ Bashiru.

Porto fallew milli jieħdu tliet punti kontra Bodo/Glimt minkejja li ħadu l-vantaġġ l-ewwel wara 8 minuti logħob permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Samu Omorodion, bl-iskor finali jkun 3-2.

Bodo għamlu l-iskor indaqs wara kwarta logħob meta Kasper Hogh kompla ġewwa fir-rokna t’isfel tal-lemin mill-kontrattakk veloċi ta’ Jens Petter Hauge.

L-istess Hauge kien l-awtur tat-tieni u t-tielet gowl li waslu fl-40 u fit-62 minuta.

Bodo/Glimt irnexxielhom jiksbu t-tliet punti minkejja li għamlu l-maġġoranza tat-tieni taqsima jilagħbu b’għaxra hekk kif tkeċċa Isak Maatta fil-51 minuta wara li ntwera t-tieni karta safra tiegħu fil-partita.

Draw ta’ gowl kull wieħed bejn Nice u Real Sociedad fl-Allianz Riviera. Fit-18-il minuta l-Ispanjoli marru fil-vantaġġ permezz ta’ Ander Barrentxea b’xutt minn barra l-kaxxa, biex Nice għamlu l-iskor indaqs ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Pablo Rosario.

UEFA EUROPA LEAGUE
Illum
AZ v Elfsborg 3-2
Bodo/Glimt v Porto 3-2
Anderlecht v Ferncvaros 2-1
Dynamo Kyiv v Lazio 0-3
Midtjylland v Hoffenheim 1-1
Galatasaray v PAOK 3-1
Ludogorets R. v S.Prague 0-2
Man Utd. v Twente 1-1
Nice v R.Soceidad 1-1


Għada
Fenerbahce v U. St. Gilloise 6:45pm
Malmo v Rangers 6:45pm
Ajax v Besiktas 9:00pm
E. Frankfurt v V.Plzen 9 :00pm
FCSB v RFS 9:00pm
Lyon v Olimpiacos 9:00pm
Roma v Athletic Club 9:00pm
Braga v Maccabi 9:00pm
Tottenham H. v Qarabag 9:00pm


EFL CUP
Illum
Arsenal v Bolton W. 5-1
Liverpool v West Ham 5-1