Kultura Lokali Mużika

MATT BLXCK u ERBA’ jikkollaboraw flimkien fuq il-kanzunetta “Ejja”

Noel D’Anastas

“Ejja” hija kanzunetta b’kollaborazzjoni bejn il-kantawtur MATT BLXCK u I-grupp enerġetiku tat-tfajliet ERBA. Kienet proprju I-ewweI edizzjoni tal-Malta Eurovision Exchange Camp li introduċa lil dawn I-artisti. Wara kellha tkun il-partećipazzjoni tagħhom fil-Malta Eurovision Song Contest 2024 bil-kanzunetti “Banana” u “Sirena”, li wasslithom għal ħbiberija sinċiera.

Miktuba minn Matt u ERBA bi produzzjoni ta‘ Cyprian Cassar, “Ejja‘ hija riflessjoni tal-enerġija li għandhom il-ħames artisti, filwaqt li sservi wkoll bħala tislima għall-istaġun tas-sajf. Il-kanzunetta  hija akkumpanjata minn vidjo bil-lirika. Il-filmat jenfasizza I-ħbiberija bejniethom f‘għażIa ħelwa ta’ ritratti.

Din hija disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali ewlenin. Għalkemm għalissa dawn m‘għandhomx pjanijiet oħra li jaħdmu flimkien, huma jittamaw li din il-kollaborazzjoni tqanqal proġetti oħra simili fil-futur.