Lokali

Minn nhar it-Tnejn: Skeda ġdida fuq Net Television u Net FM

Kollox lest għall-iskeda l-ġdida ta’ Net Television li se tibda minn nhar it-Tnejn, b’selezzjoni varjata ta’ programmi. Dan wara li Net Television, għat-tieni darba, ġie kkonfermat bħala l-aktar stazzjon privat segwit f’pajjiżna – konferma ċara tal-ħidma kontinwa ta’ dan l-istazzjon u d-determinazzjoni tal-ħaddiema u l-voluntieri kollha sabiex iwasslu fid-djar tan-nies l-aktar ġrajjiet importanti f’pajjiżna, flimkien ma’ programmi ta’ divertiment.

Fuq Net Television, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, Stephanie Chircop se twassal il-programm ‘Bejnietna’ fis-1:05pm, Joseph Bonello jippreżenta ‘Ġimgħa b’Ġimgħa’ fl-4:30. Imbagħad, il-programm ‘Nitfa’ Vuċi għall-Annimali’ kuljum fis-5:50pm, ma’ Althea Galea.

Wara l-aħbarijiet tas-6pm, Charlene Buttigieg Farrugia tkun magħkom bil-programm ‘Ħames Minuti’. U eżatt wara fis-6:10pm Robert Cremona jirritorna bil-programm ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti ‘NETLIVE’.

Wara l-bulettin tal-aħbarijiet tas-7:30pm, Dylan Brignano se jippreżenta ‘Tlaqna! Għax-Xogħol’.

Jirritorna anke l-programm ‘Profili’ ta’ James Aaron Ellul kull nhar ta’ Tlieta fit-8:30pm, u ‘Spotlight’ ippreżentat minn Trevor Degiorgo fit-8:30pm kull nhar ta’ Erbgħa.

Il-programm ‘Magħkom’ ta’ Lea Hogg, jitwassal it-Tlieta fid-9:35pm.

Il-Ġimgħa, programm ġdid bl-isem ta’ ‘Il-Vjaġġ sat-Tieġ’, bi preżentazzjoni ta’ Lisa Spiteri fl-4:30pm. ‘Flusek’ ippreżentat minn Nicolette Magri Cremona, iżomm il-ħin solitu tiegħu fit-8:15pm, u wara l-programm ta’ diskussjoni ta’ Dione Borg, ‘Opinjoni’ fid-8:45pm.

Jispikkaw ukoll il-programmi l-oħrajn bħal ‘Meander Arti u Kultura’ kull nhar ta’ Tnejn fid-9:35pm bi preżentazzjoni ta’ Mariella Pisani Bencini, u l-programm ‘Fil-Ħemda’ kull nhar ta’ Erbgħa fid-9:35pm ippreżentat minn Marcella Busuttil.

‘Il-Vuċi tal-Annimali’ se jitwassal ukoll is-Sibt wara l-aħbarijiet tas-7:30pm, u l-Ħadd b’diskussjoni fis-6:30pm.

Din is-sena Net Television se jkun qed joffri wkoll programmi ta’ tisjir għall-familji kollha fosthom ‘Jekk Jogħġobkom’ kull nhar ta’ Sibt fis-6:05pm, u ‘Gluten Free’ kull nhar ta’ Ħadd fit-8:15pm.

Imbagħad, kull nhar ta’ Tnejn, il-programm ‘JienInt’ flimkien ma’ Francesca Briffa.

Il-Ħadd jitwasslu diversi programmi fosthom il-programm ‘Analiżi… Sport Extra’ ppreżentat minn Charles Camenzuli fil-5:10pm, ‘Mill-Ispiżerija tad-Dar’ ma’ Antonella Grima fis-6:05pm, u l-programm ‘Replay’ il-Ħadd fid-9pm. Chris Micallef se jżomm l-appuntament tiegħu b”Replay Preview’ il-Ħadd stess qabel l-aħbarijiet, u ‘Replay Live Score’, il-Ħamis fid-9:35pm.

Fuq kollox, hija skeda li toffri produzzjonijiet ta’ drama bħal ‘Friefet’ kull nhar ta’ Tnejn fit-8:30pm, ‘Fuq 3 Faċċati’, il-Ħamis fit-8:30pm, u ‘It-Tfal Jiġu bil-Vapuri’, kull nhar ta’ Sibt fit-8:30pm.

Intant, Net Fm ukoll għandu skeda mimlija.

Indri Attard iżomm l-appuntament mas-semmiegħa kull filgħodu bil-programm ‘Bonġu Net’ matul il-ġimgħa, Christine Haber flimkien ma’ Eileen Montesin fit-8:30am bi ‘Club 101′. U jsegwi l-programm ta’ Marbeck Spiteri fl-10:30am.

Imbagħad, fl-12:20pm Dione Borg jirritorna bil-programm tant popolari ‘Kuntatt’ fejn is-semmiegħa jċemplu u jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom.

Fis-1:30pm, il-programm ‘Histeria’ flimkien ma’ Charles Saliba. U wara, Stephanie Chircop fit-3:30pm bil-programm ‘It-3 thirty on 101’.

Aktar tard, il-programm ‘Feedback’ flimkien ma’ Roderick Agius… li kuljum ikun segwit minn bosta.

Net FM għandu wkoll skeda mimlija għall-weekend, bi programmi varji. Is-Sibt programm ġdid ippreżentat minn Tano Vella fid-9am, u li se jiffoka fuq temi soċjali. Is-Sibt ukoll fin-12:30pm Angela Coleiro bil-programm ‘Good Vibrations’, filwaqt li anke Joe Chetcuti jżomm l-appuntament tiegħu mas-semmiegħa bil-programm tal-marċi.