Internazzjonali

Stati Uniti: Referenzi għal kumplott fuq il-ħajja ta’ Trump min-naħa tal-Iran

L-attivisti tal-Partit Repubblikan li qed imexxu l-kampanja Presidenzjali ta’ Donald Trump, qalu li l-Eks President tal-Istati Uniti spiċċa ‘fil-mira’ tal-Iran fundamentalista. Fil-fatt dawn is-sorsi rreferew b’mod partikulari għal ‘kumplott ta’ assassinar’ fil-konfront ta’ Trump.

Il-kelliema għall-kampanja ta’ Trump sostnew li l-Eks President – li f’Novembru jisfida lill-Viċi President Amerikan u kandidat Demokratiku Kamala Harris għat-tmexxija tal-White House – kien aġġornat dwar ‘theddida reali u speċifika kontra ħajtu min-naħa tar-reġim f’Tehran’.

Ingħad li l-iskop tal-Iranjani hu li jiddistabbilizzaw lill-Istati Uniti u jiżirgħu l-kaos fost it-tmexxija f’Washington.

Is-sorsi ma tawx akar dettalji u meta ma kienx ċar jekk it-theddida ħarġitx proprju issa, inkella jekk ħarġitx ftit taż-żmien ilu. Il-Gvern Iranjan, intant, ma kkummenta xejn dwar ir-rapport u fost l-insistenza li ‘ma jindaħal qatt fl-affarijiet tal-Istati Uniti’.

.