Lokali

Tonio Borg jippreżenta l-ktieb dwar il-kostituzzjoni lill-President tal-Qorti Kostituzzjonali Taljana

L-Eks Kummissarju Ewropew u Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Tonio Borg ippreżenta kopja tal-ktieb The Constitution at Sixty lill-Professur Augusto Barbera, il-President tal-Qorti Kostituzzjonali Taljana.

Il-ktieb miktub minn Borg flimkien mal-lettur Ingliż John Stanton mill-Università ta’ City of London, ippubblikaw dan il-ktieb dwar is-60 sena ta’ Kostuzzjoni Maltija, kostituzzjoni li minn meta pajjiżna kiseb l-Indipendenza ftit li xejn inbidel minnha, daqslikieku ffriżat maż-żminijiet.

Dan il-ktieb jinkludi sensiela ta’ kitbiet minn letturi u professjonisti fil-liġi.

Tonio Borg spjega ma’ Net News li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jkun onorat li pajjiżna huwa gżira filwaqt li saħaq li l-Kostituzzjoni ta’ Malta, tiggarantixxi, fost l-oħrajn, id-drittijiet tal-bniedem.