Żewġ uffiċjali tal-LESA kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku, f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ fl-1045hrs tal-Erbgħa filgħodu fi Triq San Tumas meta għal xi raġuni, mutur misjuq minn raġel ta’ 40 sena mill-Fgura, u mutur ieħor misjuq minn uffiċjal ta’ 45 sena minn Marsaskala, ħabtu bil-konsegwenza li ż-żewġ uffiċjali ġarrbu xi ġrieħi.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku li ħa lill-irġiel l-isptar għal aktar kura, ir-raġel mill-Fgura fortunatament ma ġarrab ebda ġrieħi filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuna l-oħra għadha pendenti.
Filwaqt li x’wassal għal dan l-inċident għadu mhux magħruf, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>