Lokali

Ċiklista tispiċċa l-Isptar Mater Dei wara ħabta ma’ trakk

Żagħżugħa ta’ 22 sena mill-Iklin, spiċċat rikoverata b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta, fil-limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm l-mara u trakk Leyland Daf, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 67 sena residenti l-Mellieħa

Minnufih issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħa ta’ 22 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.