Futbol Sport

‘Ħaqqna nirbħu l-logħba għal dak li għamilna’ – Alessandro Zinnari, kowċ Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

‘Din kienet wirja tajba mit-tim ta’ Ħamrun fejn żgur li kien ħaqqna nirbħu l-partita. Konna dominanti b’mod partikolari fl-ewwel taqsima.’ Hekk iddeskriva din il-logħba l-kowċ tal-Ispartans Alessandro Zinnari wara li huma sfaw miżmuma fi draw minn Balzan. Huwa kompla: ‘Ovvjament li rridu naċċettaw ir-riżultat fejn ninsabu diżappuntati li ma ġibnix it-tliet punti.  Din kienet it-tieni logħba konsekuttiva li ma rbaħnix fejn anki kontra Mosta, minkejja li tlifna, konna tajjeb. Irridu nkomplu naħdmu iżda s-sinjali huma tajbin peress li l-wirjiet qed ikunu b’saħħithom. Kellna lil Bonello u Camenzuli neqsin iżda kull min jilgħab qed jagħti kollox. Qed nagħmlu ċertu żbalji b’mod partikolari fl-attakk fejn irridu nkunu aktar diretti.’

Riżultat eċċellenti għalina’

  • Dave Rogers, kowċ Balzan FC

‘Dan kien riżultat eċċellenti għalina kontra ċ-Champions renjanti fejn kulħadd jaf xi skwadra b’saħħitha għandhom.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti li ta l-kowċ ta’ Balzan Dave Rogers wara d-draw kontra Ħamrun Spartans. Rogers kompla jżid: ‘Bejn sospenzjonijiet u injuries kollox jaffettwa imma anke l-players iż-zgħar qed jirrispondu tajjeb. Fil-fatt ninsab kuntent ħafna bl-iskwadra li għandi fejn dawn irrispondew tajjeb mill-ewwel ġurnata tal-pre-season. F’din il-logħba spiċċajna wkoll bi player anqas imma minkejja li ksibna r-riżultat, l-aħħar mument irriżultaw diffiċli aktar. Forsi hawn min jgħid li ma kienx jistħoqilna punt, imma dak huwa l-futbol u l-importanti huwa r-riżultat mat-tisfira finali.’

(Ritratt: Joseph Galea)
KLASSIFIKAPARTITIPUNTI
Birkirkara513
Sliema Wanderers511
Gżira United510
Floriana59
Ħamrun Spartans58
Hibernians58
Mosta56
Balzan55
Melita54
Naxxar Lions54
Żabbar St. Patricks54
Marsaxlokk50

NAZZJON TIM TAL-ĠIMGĦA

Goalkeeper: Danilo Golovic (Balzan)

Difensuri: Kurt Shaw (Hibernians), Neil Micallef (Birkirkara), Duane Bonnici (Marsaxlokk), Manuel Morello (Birkirkara)

Midfielders: Diogo Tavares (Żabbar SP), Prince Afriyie (Mosta), Awosanya Oluwatobiloba Dimeji (Balzan), Edson Farias (Naxxar Lions).

Attakkanti: Vito Plut (Sliema W.) Franklin Sasere (Floriana)

LOGĦOB LI JMISS

Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru, 2024

Stadium Nazzjonali

6.00pm            Floriana vs Gżira Utd.

8.30pm            Naxxar L. vs Ħamrun S.

Is-Sibt 28 ta’ Settembru, 2024

Tony Bezzina Stadium

6.00pm            Żabbar SP vs Hibernians

8.15pm            M’Xlokk vs Balzan

Il-Ħadd 29 ta’ Settembru, 2024

Tony Bezzina Stadium

6.00pm            Mosta vs B’Kara

8.30pm            Sliema W. vs Melita

L-AQWA SKORERSGOWLS
Maxuell Samurai (Birkirkara)7
Franklin Sasere (Floriana)4
Andre (Melita)3
Luke Montebello (Ħamrun S.)3
Udoyen Akpan (Balzan)3
CLEAN SHEETS
Birkirkara4
Sliema Wanderers4
Floriana2
Gżira United2
Hibernians2
Balzan1
Mosta1
Żabbar St. Patricks1

TKEĊĊIJIET

G. Acheampong (Sliema W.) vs Mosta

A. Udoh (Mosta) vs Sliema W.

M. Veselji (Floriana) vs Ħamrun S.

J. Busuttil (Balzan) vs Naxxar L.

R. Camenzuli (Ħamrun S. ) vs Mosta

N. Zerjal (Balzan) vs Żabbar SP

H. Stanic (Balzan) vs Ħamrun S.

O. El Hasni (Floriana) vs Hibernians

G. Alves (Hibernians) vs Floriana

S. Jovancic (Żabbar SP) vs Naxxar L.