Lokali

Karozza tal-linja tibqa’ tiela’ fuq central strip

Xufier ta’ karozza tal-linja jirriżulta li tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ tiela’ fuq central strip, fi Triq il-Kbira – mit-telgħa ta’ Selmun direzzjoni lejn il-Mellieħa. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9:30pm.

Mill-ewwel issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili li għenu fit-tneħħija tal-vettura. Dan wara li ngħalqet it-triq minħabba dak li ġara.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, però saru xi ħsarat fuq l-istess central strip.