Sport

Mario Camilleri rebbieh tat-tazza tad-dinja tat-Table Football tal-Veterani 2024

Fi tmiem il-gimgħa li għaddiet, kien hemm rebbieħ Malti fil-Kampjonat tad-Dinja tat-Table Football fl-Ingilterra hekk kif Mario Camilleri sar champion tad-dinja tal-kategorija tal-Veterani.

Fis-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni, Camilleri għeleb liċ-champion renjanti Gianfranco
Calonico tal-Italja bl-iskor ta’ 3-2. Fil-finali, Camilleri affaċċja lill-Grieg Antonios Kastellanos,
fejn wara draw ta’ 1-1 fil-ħin regolamentari, kien Camilleri li ħareġ rebbieħ wara l-għoti
tax-shots bl-iskor ta’ 3-2. Malta kisbet ukoll medalja tal-bronż f’din il-kompetizzjoni, hekk kif
Charlie Aquilina wasal sas-semifinali qabel ma’ safa’ megħlub minn Antonios Kastellanos
bl-iskor ta’ 1-0.

Fil-kategorija ‘Open’, Malta kellha żewġ kwartifinalisti. Jurgen Balzan kien megħlub
mill-Belġjan Bessim Golger bix-shots wara li l-partita bejnietom intemmet fi draw ta’ 2-2.
Samuel Bartolo wkoll wasal sal-kwartifinali ta’ din il-kompetizzjoni fejn kien eliminat mill-eventwalment rebbieħ Dimitrios Dimopoulos tal-Greċja bl-iskor ta’ 2-0.

Fil-karegorija tal-Under 16, Robert Farrugia Randon wasal sal-kwartifinali fejn kien megħlub
mill-eventwalment rebbieħ, it-Taljan Francesco Manfredelli.

Is-Sibt saret ukoll il-kompetizzjoni tal-‘Flats’, bir-regoli antiki tal-logħba. F’din il-kompetizzjoni
kien George Ebejer li hareġ rebbieħ wara li għeleb lil Dave Cullett 2-1 fil-finali.
Il-Ħadd saret ukoll il-kompetizzjoni tat-timijiet fejn Malta kisbet midalja oħra tal-bronż. It-tim
tal-Open rebaħ il-partiti kollha fil-grupp tiegħu kontra t-Tuneżija, il-Ġappun u l-pajjiż ospitu,
l-Inghilterra. Malta għelbet lil Franza bl-iskor ta’ 3-1 fil-kwartifinali qabel ma sfat megħluba
mill-Belġju 2-1 fis-semifinali. It-tim kien kompost minn Jurgen Balzan, Samuel Bartolo, Jamie
Bonnici, Derek Conti, George Ebejer, Mark Gauci u Jean Tabone.

It-tim tal-Veterani rebaħ il-grupp tiegħu b’punti massimi b’ rebħiet kontra Franza, Ġibiltà u
Singapore iżda safa megħlub mill-Belġju 2-1 fis-stadju tal-kwartifinali. It-tim kien kompost
minn Charlie Aquilina, Mario Camilleri, Frank Chetcuti Dimech, Patrick Pace, Jason Pisani,
Joseph Mifsud u John Zammit.

Mario Camilleri