Sport

Tliet timijiet b’punti massimi fl-Izibet Amateur League

Tliet timijiet għandhom punti massimi fl-Izibet Amateur League wara li rebħu t-tieni partita konsekuttiva tagħhom f’dan il-kampjonat.

Birżebbuġa St Peter’s, Vittoriosa Stars u Attard kollha kellhom wirjiet pożittivi fejn għelbu lill-avversarji tagħhom.

Birżebbuġa kisbu l-akbar rebħa bi skor ta’ 4-0 kontra Marsaskala.

Gowl uniku tal-iskorer prolifiku Bledi Alla kien biżżejjed sabiex Attard għelbu lill-Imsida filwaqt li, Vittoriosa Stars għelbu lil San Ġwann 3-0 b’Godwin Emanuel jiskorja żewġ gowls u b’Jojo Ogonuppe jiskorja t-tielet gowl.

F’aktar partiti, Mellieħa għelbu lil Għargħur 2-1 filwaqt li Luqa St.Andrew’s  iddominaw il-konfront tagħhom kontra Pembroke fejn rebħu bl-iskor kbir ta’ 5-0.

Qrendi ddominaw il-konfront kontra Rabat fir-rebħa ta’ 3-0 filwaqt li f’partita miftuħa għal kull riżultat, Xgħajra Tornadoes għelbu lil Kirkop 2-1.

Qormi għelbu lil Żejtun Corinthians 3-0 filwaqt li fl-Amateur League 2, tkompli l-mixja pożittiva ta’ Victoria Hotspurs li għelbu lil Kalkara 2-0