Lokali

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi wara żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tad-9am, fi Triq John Muscat, ir-Rabat. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 80 sena residenti r-Rabat, intlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 48 sena residenti r-Rabat ukoll.

It-tieni inċident ġara għal xi nofsinhar, fi Triq Ta’ Ħal Farruġ, Ħal Qormi. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 35 sena li joqgħod l-Imtarfa, kien qiegħed isuq karozza, tilef il-kontroll u ħabat f’arblu.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u l-vittmi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.