Futbol Sport

Floriana b’rebħa importanti fuq Gżira

(Ritratt: Joseph Galea)

Floriana………………………………2

Gżira U…………………………………1

Floriana: H. Christoffer, J. Grech, K. Reid (G. Yameogo 78′) , T. Dos Santos (M. Veselji 67′), D. Vella (E. De Souza 67′) , O. Spiteri, N. Matias, C. Zammit Lonardelli (K. Nwoko 78′), F. Sasere, Al Kouro, Aleandro Garzia (Fernando 22′)

Gżira U: J. Haber, M. Gabriel, T. Aldama, Z. Scerri, F. Hassany (B. Borg 86′) , C. Luis, J. Pisani, A. De Paixao Alves, F. Zuniga, K. Tulimieri, T. De Paula (D. Henrique 65′)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: A. Camilleri, D. Sultana

Floriana kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq Gżira United biex b’hekk telgħu momentarjament fit-tieni post tal-klassifika.

Il-Greens fetħu l-iskor wara seba’ minuti permezz ta’ Jake Grech li kkonkluda fuq pass preċiż ta’ Nicolas Garcia. Gżira marru viċin li jġibu l-iskor indaqs fit-30 minuta meta minn cross ta’ Thaylor Aldama kien De Paixao li bir-ras tefa’ barra. Gżira ġabu l-iskor indaqs fil-41 minuta meta minn corner ta’ Thiago Espindola kien Gabriel Mentz li mill-viċin xeħet għal ġewwa.

Floriana rreaġixxew għal darb’oħra u kien xutt mid-distanza ta’ Carlo Zammit Lonardelli li għeleb għal kollox lil Justin Haber.