150 sena ilu, eżattament il-Ħadd, 27 ta’ Settembru, 1874, fil-Knisja Arċipretali Parrokkjali ta’ San Publju fil-Floriana ntemmet kwindiċina ad unur il-Madonna tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (tas-Sacro Cuor) li nibbtet id-devozzjoni lejn il-Madonna taħt dan it-titlu f’Malta, id-devozzjoni lejn il-Madonna tas-Sacro Cuor daħlet f’pajjiżna permezz tal-qassis Furjaniż ir-Rev. Dun Emmanuele Grech.
Biex jitfakkar dan l-avveniment storiku, fil-Knisja Arċipretali u Parrokkjali ta’ San Publju sar programm ta’ funzjonijiet li jilħaq il-qofol illejla b’pelleginaġġ mat-toroq tal-Floriana akkumpanjat mill-banda tas-Società Filarmonika Vilhena li ser iddoqq innijiet Marjani.
Il-quddies tal-lejla se tibda fil-5.30pm, segwit mill-pellegrinaġġ li għandu jibda fit-6.30pm.
//= $special ?>