Lokali

Mutur jieħu n-nar f’San Ġiljan

Daħna kbira bdiet tidher minn zoni varji madwar il-pajjiż wara li mutur ħa n-nar f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa, għall-ħabta ta’ 12:00, fi Triq il-Mediterran, f’San Ġiljan.

Jidher li n-nirien li żviluppaw minn mutur, infirex għal karozza u karavan li kienu pparkjati fit-triq bil-konsegwenza li bdiet tidher daħna kbira.

Il-Pulizija kif ukoll Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fil-post sabiex in-nirien ikunu kkontrollat.

S’issa kollox qed jindika li ħadd ma weġġa’ kaġun tan-nirien.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.