L-Union tal-Għalliema ħabbret protesta fl-MCAST hekk kif fi kliem l-MUT stess ilhom għal dawn l-aħħar sentejn u disa’ xhur għaddejjin b’negozjati għal ftehim kollettiv mal-MCAST…negozjati li s’issa ma wasslu għal imkien.
L-MUT sostniet li fl-aħħar jiem in-negozjati ddeterjoraw minn naħa tal-MCAST, bl-union ikollha terġa tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha.
U għaldaqstant, wara l-aħħar komunikazzjoni li kellha mal-MCAST, l-MUT iddikjarat li se tieħu l-passi meħtieġa.
Għaldaqstant, kawża tal-falliment fin-negozjati, il-union ħabbret protesta fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid nhar it-Tlieta fil-ħdax ta’ filgħodu quddiem il-blokka tal-amministrazzjoni – bl-MUT issejjaħ lill-membri kollha tagħha fl-MCAST sabiex jipparteċipaw.
//= $special ?>