Lokali

Qam rebus fost il-ħaddiema ta’ Transport Malta

Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut żvela abbuż ieħor li qed isir f’aġenzija tal-gvern – din id-darba fi Transport Malta.

Il-ġimgħa li għaddiet, Transport Malta ħarġet aktar minn 40 sejħa għal karigi maniġerjali, inkluż Chief Officers, Deputy Chief Officers, Senior Managers u Diretturi. Madanakollu, issa qed iqum tħassib fost il-ħaddiema minħabba allegazzjonijiet li n-nies għal dawn il-pożizzjonijiet kienu diġà ġew magħżula mill-Ministru u mis-CEO – għalkemm dawn l-istess sejħiet għadhom miftuħa.

Jidher li waħda mill-pożizzjonijiet li diġà ġiet deċiża hija dik ta’ Deputy Chief Officer għall-infurzar, fejn inqtal li persuna li ilha inqas minn sena taħdem mal-awtorità ġiet magħżula biex tieħu din il-kariga.

Barra minn hekk, hemm allegazzjonijiet li għal pożizzjoni ta’ Direttur għall-Yachting and Mooring, intgħażel delegat tal-Partit Laburista li missieru jaħdem fl-Uffiċju tal-Prim Ministru.

Dawn l-allegazzjonijiet qajmu mistoqsijiet dwar it-trasperenza fi Transport Malta, għaliex hemm bosta ħaddiema b’aktar esperjenza u kompetenza li jistgħu jokkupaw dawn il-karigi, iżda tħallew barra minħabba ndħil politiku.