Sport

Rabat Veterans rebħu d-David Cluett Memorial Cup

Bidu għal staġun impenjattiv tal-Veterans Malta Football Association

Rabat Veterans rebħu d-David Cluett Memorial Cup meta għelbu lil Birkirkara St Helen’s 2-1 f’finali ferm eċċitanti.

Din kienet l-ewwel kompetizzjoni organizzata mill-Veterans Malta Football Association u li tat bidu għal staġun impenjattiv.

Sabiex waslu għal din il-finali Rabat eliminaw lil Żejtun Red Stars 6-2 u lill-holders MFPA 5-4, filwaqt li Birkirkara St Helen’s għelbu lil Żurrieq Wolves 4-1 u lil Gżira United 6-2.

Birkirkara St Helen’s bdew tajjeb u marru minn fuq mal-kwarta logħob b’gowl ta’ Ayrton Buhagiar.

Fit-tieni taqsima, ir-Rabtin ħarġu determinati u ġabu l-iskor indaqs permezz tal-akkwist il-ġdid tagħhom Andre Scicluna sabiex ftit minuti minn tmiem il-konfront, Adam Smeir skorja l-gowl rebbieħ.

Fi tmiem il-konfront, Rachel, Emma u Julia Cluett, it-tfal tal-mibki David Cluett, ippreżentaw it-tazza lill-captain ta’ Rabat Veterans Adam Smeir fil-preżenza tal-President tal-VMFA Malcolm Camilleri u ta’ Kurt Zarb Direttur tal-kumpanija Azeta Ltd li kienu l-isponsors ta’ din il-kompetizzjoni

Birkirkara St Helen’s: James Borg, Ayrton Buhagiar, Bojan Kaljevic, Christian Caruana, Clayton Micallef Vassallo, Colin Ciantar, Daniel Scerri, Firas Aboulezz, Jeffrey Chetcuti, Justin Zammit, Mario Caruana, Robert Perkins.

Rabat Veterans: Ivan Cassar, Adam Smeir, Byron Fenech, Darren Galea, Garrett Magri, Gilbert Camilleri Lowell, Melvin Borg, Ibrahim Tarek, Timothy Zammit, Andre Scicluna, Joseph Caruana, Luke Portelli.

Referee: Ray Tabone.