Il-midfielder ta’ Manchester City Rodri se jitlef il-bqija tal-istaġun wara li kien operat f’irkopptu f’Madrid. Il-midfielder ta’ 28 sena kellu joħroġ fid-draw ta’ 2-2 kontra Arsenal wara li deher jaħbat ma’ Thomas Partey.
F’kummenti mal-midja, Pep Guardiola qal li Rodri kien operat kemm fl-ACL kif ukoll fil-meniscus u mistenni jirritorna fl-istaġun li ġej.
Intant, fi tmiem il-ġimgħa jitkompla l-Premier League fejn Manchester City se jkunu qed jilagħbu barra minn darhom kontra Newcastle.
Arsenal se jilagħbu kontra Leicester filwaqt li Chelsea jilqgħu lil Brighton. Il-Ħadd, imbagħad, tispikka l-partita bejn Manchester United u Tottenham.
//= $special ?>