Sewwieq ta’ mutur spiċċa ferut gravi wara li sofra xi ksur kaġun ta’ inċident li seħħ f’Birkirkara.
Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija, meta l-Pulizija ġiet infurmata
b’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm – li hija l-bypass ta’ Birkirkara.
Il-Pulizija marru minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti Tal-Pietà, u Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Wied il-Għajn.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.
//= $special ?>