Lokali

Tas-Super One 2 jerġgħu jinstabu ħatja ta’ żbilanċ u nuqqas ta’ imparzjalità – PN

L-Awtorità tax-Xandir issib il-PBS ħati talli ċċensura lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino

F’deċiżjoni li ħabbret illum, l-Awtorità tax-Xandir ċanfret lil dak li suppost hu l-istazzjon pubbliku talli reġa’ għal darba oħra kien żbilanċjat u wera nuqqas ta’ imparzjalità meta għall-kuntrarju ta’ dak li għamel fil-konfront tal-Uffiċjali tal-Partit Laburista, iċċensura lis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u ma rrappurtax dak li qal l-istess Piccinino dwar il-futur tiegħu.

Fi stqarrija, il-PN qal li Robert Abela, għax dgħajjef u dahru mal-ħajt, qed juża dak li suppost hu x-Xandir Pubbliku biex jipprova joħnoq il-vuċi ta’ kull min ma jaqbilx miegħu u mal-Gvern tiegħu. 

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jieħu kull pass meħtieġ sakemm il-PBS ma jibqax Super One 2 u jsir verament Xandir Pubbliku.