Iċ-ċiklista ta’ 18-il sena Muriel Furrer mietet wara inċident waqt il-Kampjonati tad-Dinja li qed isiru fl-Iżvizzera. Iċ-ċiklista ta’ 18-il sena ttieħdet l-isptar permezz ta’ helicopter.
Il-Kampjonati tad-Dinja kienet qed isiru f’xita qawwija. Peter van den Abeele li huwa d-Direttur tal-Union Cycliste International qal li ma setax jiżvela informazzjoni dwar l-inċident.
Il-mewt ta’ Furrer kompla jqajjem aktar mistoqsijiet dwar is-sigurtà f’dawn l-avvenimenti. Is-sena li għaddiet ċiklist ieħor Żvizzeru Gino Mader miet f’inċident simili.
//= $special ?>