Nħar il-Ħadd li ġej, il-poplu tal-Awstrija ser jivvota f’elezzjoni ġenerali li jista’ jwassal għall-partit tal-lemin estrem, il-Partit Freedom Party (FPÖ), jirbaħ din l-elezzjoni.
Ħames snin ilu, il-partit Freedom Party kien spiċċa barra minn koalizzjoni minn mal-Partit Konservattiv minħabba l-iskandlu ta’ korruzjoni magħruf bħala “Ibizagate”.
Iżda issa, il-partit FPÖ mmexxi minn Herbert Kickl, jinsab qrib rebħa storika. L-istess partit immexxi minn Kickl li qiegħad l-ewwel fil-polls, qabel il-Partit tal-Poplu Konservattiv li bħalissa qiegħed fil-gvern, filwaqt li l-Partit Soċjalista fl-oppożizzjoni jinsab fit-tielet post.
//= $special ?>