“Intkom baqgħalkom ħafna x’tagħtu lis-soċjetà sabiex naraw pajjiż aħjar.”
Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt rally fid-Dar Ċentrali tal-PN mill-APAN fl-okkażjoni tas-60 sena Malta Indipendenti.
Huwa rringrazzja l-ħidma tal-APAN li ilhom iwettqu għal dawn l-aħħar snin fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Bernard Grech fakkar fil-ħidma tal-Eks Prim Ministru u Eks President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami, li ġabet fuq saqajha lil Malta u Għawdex wara tmexxija Laburista.
U llum il-ġurnata, huwa nnota kif pajjiżna jinsab maħkum minn mafja kriminali taħt tmexxija ta’ Gvern Laburista. Kien għalhekk fejn fakkar li l-anzjani f’pajjiżna għandhom rwol essenzjali fejn fost l-oħrajn jgħinu biex itellgħu ġenerazzjonijiet li jiġġieldu għal futur aħjar.
Fil-fatt, Bernard Grech fakkar kif minkejja l-isfidi kollha li Malta għaddejja minnhom, qawwa qalb dawk preżenti fejn fakkar kif jekk issir ħidma f’għaqda waħda, flimkien nistgħu nirnexxu.
Indirizzaw ukoll din ir-rally il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione u s-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino fejn fakkru kif bħala forza waħda rridu niġbdu l-istess ħabel sabiex pajjiżna jimxi ‘l quddiem.
Preżenti kien hemm ukoll it-Teżorier tal-PN, Veronica Perici Calascione, u għadd ta’ deputati Nazzjonalisti.