Lokali

Il-klikka ta’ Muscat iġġib lura lil Manuel Cuschieri fuq il-media Laburista

Minkejja li l-figura ta’ Joseph Muscat ġabet magħha effetti negattivi fuq ir-riżultat tal-aħħar elezzjoni tal-MEPs, il-klikka tal-eks Prim Ministru għadha qed twebbes rasha bil-pjan tagħha li tieħu over il-media tal-Partit Laburista. Tant li issa, se jġibu lura lill-preżentatur Manuel Cuschieri – li huwa margħuf sew għall-programmi partiġġjani li jwassal kull ġimgħa.

Fil-fatt, kien id-Deputy Leader Alex Agius Saliba bl-appoġġ ta’ Jason Micallef illi ħadmu pjan biżżilla biex iġibu lura lil Cuschieri fuq ir-radju Laburista. Bis-sorsi tagħna fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista jgħidu li din il-mossa ma niżlet tajjeb xejn mal-klikka ta’ Robert Abela.

Kien Manuel Cuschieri innifsu li ħabbar ir-ritorn tiegħu permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali, illi fih irringrazzja lil Alex Agius Saliba li ċemplillu personalment biex jagħmek dan il-programm politiku.