Lokali

It-tmien bejta faqset għal kollox u pproduċiet total ta’ 67 fekruna

Fi stqarrija l-ERA ħabbret li t-tmien bejta faqset għal kollox. Din il-bejta kienet l-aħħar li nstabet f’dan l-istaġun iżda faqset kmieni u pproduċiet total ta’ 67 fekruna.

It-tmien bejta li nstabet fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra fit-8 ta’ Awwissu ta’ din is-sena, infetħet bir-reqqa mill-ERA u Nature Trust Malta, fit-28 ta’ Settembru.

Il-bejta kellha total ta’ 76 bajda u 67 minn dawn faqsu b’suċċess.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ERA Kevin Mercieca qal li kien staġun li żgur huwa wieħed li nibqgħu niftakru, bi ftit aktar minn 400 fekuna rilaxxata fis selvaġġ sissa.

Hekk kif issa qed noqorbu lejn it-tfaqqis tal-ahhar bejta, bejta numru 7.